Ghandek bzonn:

kikkra cashew nuts

1/2 kikkra butternut squash mqaxxar u msajjar

nofs kikkra ħafur

niskata melħ

1/4 ta’ kuċċarina kannella

ftit vanilla

2 mgħaref agave

mgħarfa stevia

1/3 ta’ kikkra ċikkulata (chocolate chips)

 

Iksi dixx tal-forn bil-karta forn. Ġo skutella poġġi l-cashew nuts, il-ħafur, il butternut squash msajjar, il-melħ u l-kannella u itħanhom b’mixer tal-elettriku. Titħanx iżżejjed – biżżejjed kemm il-ingredjenti jinkisru sew. Żid il-maple syrup u l-vanilla mat-taħlita. Ħawwad sakemm tifforma ballun.

Poġġi t-taħlita ġo skutella żgħira u żid iċ-chocolate chips. Uża żewġ mgħaref biex tqassam it-taħlita fi 12-il ballun. Uża jdejk biex trembel il-blalen blalen. Poġġihom fuq il-karta forn u aħżinhom fil-friġġ jew friża.

Jekk ma jogħġbukx iċ-chocolate chips, uża l-frott niexef jew il-lewż minflok.

Tistaw isegwu Lea’s Good Food Everyday kuljum fuq Smash TV 4.10pm, 10am u 9pm.

Nuza hafur minn St Georges Brand, cikkulata minn Valor (J Calleja Import Export), agave (Good Earth), butternut squash (Big Fresh).

 

Advertisements