Lattożju huwa forma ta’ zokkor li jinsab fil-prodotti tal-ħalib. Il-lattożju huwa normalment maqsum matul id-diġestjoni fi glukożju u galattożju fil-musrana ż-żgħira. Dawk b’intolleranza għal-lattożju m’għandhomx kapaċità li jiddiġġerixxu dan iz-zokkor, minħabba n-nuqqas ta’ ċerti enżami (enzymes) fis-sistema tagħhom. Peress li ma hemmx biżżejjed minn dawn l-enżami fil-musrana ż-żgħira, il-lattożju ma jistax jinqasam u jiġi assorbit.

Għalhekk, jiġu s-sintomi ta’ intolleranza għal-allergija tal lattożju. L-allerġiji issir meta tracci tal lattozju jitħallew fl-imsaren mhux diġerit u jiffermenta mill-batterji. Dan jiġri meta dawk li jsofru b’din l-intolleranza jibdew ibgħatu b’gassijiet żejda. L-intolleranza għal-lactose jista’ jkun permanenti jew temporanju. Ħafna mill-każijiet li jiżviluppaw fil-ħajja adulta huma normalment ġenetika, iżda fit-tfal, jistgħu jsofru biss għal din l-intolleranza għal ftit ġimgħat biss. Huwa importanti li niftakru li intolleranza ta’ lattożju huma kawża minn reazzjoni tas-sistema immunitarja għal xi ingredjent li ma jiġix ittollerat u f’dan il-każ l-iżgħar ammont jista’ jqanqal reazzjoni. Bl-intolleranza għal-lattożju, ħafna nies jistgħu jikkunsmaw il-lattożju fi kwantitajiet żgħar u dan ivarja għal kull persuna.

Trade Enquiries:
Mozzarella u gobon  bla lattozju:  P J Sutters Telephone 356-2398 8000

Jinsab ghand Experia The Deli go Park Towers Santa Venera, u jigi mqassam madwar Malta u Ghawdex fis supermarkets ewlenin u fil hwienet tal merca fl irhula.

Tistaw issegwu lil Lea kull waranofsinhar fuq Smash TV xandira diretta 4.10pm b repetizjonijiet 10am u 9 pm matul il Gimgha, 1 pm is Sibt u 4 pm il Hadd.  Tistaw issibu lil Good Food Everyday fuq il gurnal l Orizzont kull nhar tal Erbgha u nhar ta Sibt kif ukoll b ingliz fuq the Sunday Times of Malta u l blog Goodfoodeveryday

Advertisements