Soppa tal Gidra bil Kari: Ricetta televiziva

curried kohlrabi soup photo 2 (2).pngGhandek Bzonn:

2 ġiddriet mqaxra

200g għads aħdar (puy lentils),

tliet patatiet mdaqsa mqaxra u mqatta’ biċċiet

żewġ basliet mqaxxrin u maqtugħin rqaq

tliet sinniet tewm mqatta
’

dada ta l-istokk naturali

mgħarfa kunserva

żewġ kuċċarini trab tal-kari

1/4 ta’ kuċċarina trab tal-ginger

niskata noce muscata

mgħarfa żejt tajjeb

melħ u bżar jekk trid

Metodu:

Aħsel l-għads aħdar u ħallih jixxarab għal lejl. Sajru skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett. Meta jsir neħħi l-ilma u ħallieh fi skutella sakemm ma tiġi bżonnu.

Aqli l-basal fiż-żejt fuq nar moderat sakemm l-ewwel jiġi transparenti u mbagħad jiġi kkaramelizat imma tħaliehx isir ismar ħafna

Neħħi nofs il-basal u żommu fi skutella biex tużah wara.
 Żid il-kari u l-ginger u ħawwad. 
Żid żewġ ġiddriet mqatta’, il-ħaxix li baqa’ il-ħwawar u l kunserva. Ħawwad u għerreq il-ħaxix fl-ilma. Għolli n-nar u ġibu jgħali. Baxxi n-nar u ħalli l-borma ttektek għal 35 minuta jew sakemm isir il-ħaxix.

Neħħi minn fuq in-nar u ħalli s-soppa tiksaħ qabel ma tidħanha biex issir lixxa. Meta tkun lesta biex isservi saħħan is-soppa u żid nofs l-għads aħdar.

Servi fi skutella tas-soppa u għall-wiċċ żejjen b’żewġ mgħaref għads ftit mill- basal moqli u ftit dadi tal-ġidra moħmija.

Trade Enquiries: Cubes naturali minn OXO

Ricetta Tal guranta: Kejk taz zunnarija u laring

Ghanek bzonn:

L-ewwel sett ta’ ingredjenti:

200g dqiq self-raising

50g ħafur (oats),

kuċċarina bikarbonat

1/2 kuċċarina baking powder

kuċċarina trab tal-kannella

120g lewz pekan jew gewz mqattta

(ħawwad dawn l-ingredjenti flimkien),

It-tieni sett ta’ ingredjenti:

200g zunnarija maħkuka

qoxra ta’ żewġ larinġiet maħkuka

(ħawwad dawn l-ingredjenti flimkien),

It-tielet sett ta’ ingredjenti:

150ml żejt taż-żebbuġa

200g żbib isfar

4 bajdiet

meraq ta’ żewġ larinġiet

(ħawwad dawn l-ingredjenti flimkien),

 

Saħħan il-forn għal temperatura ta’ 160 grad Celcius.

Żid it-taħlita taz-zunnarija mat-taħlita tad-dqiq. Ħawwad malajr. Żid it-taħlita l-oħra u ħawwad b’mgħarfa tal-metall, imma tħawwadx iżżejjed. Poġġi t-taħlita f’dixx midluk ta’ 23ċm. Aħmi fil-forn għal 35 minuta mingħajr ma tiftaħ il-forn. Jekk ikun jonqsu aktar biex isir, aħmi għal xi għaxar minuti oħra.

 

Sweet Potato Pound Kejk: Ricetta televiziva

sweet-potato-pound-cake

Sweet Potato Pound Cake, ritratt CJ Baldacchino waqt xandira diretta.  Niddekoraw u naqsmu l kejk waqt il programm ta ghada ghax kien ghadu shun.

Ghandek bzonn:

250g dqiq self raising

kuccarina baking powder

250g butir

250g zokkor (jew uza stevia)

4 bajdied

1 sweet potato bil qoxra mahsula, mahkuka

niskata melh

mgharfa hall ta tuffieh organiku

1/2 kuccarina mixed spice

vanilla

Sahhan il forn 180C.

Hokk is sweet potato bil qoxra b kollox minn naha irqieqa.

Ipprepara dixx tal kejk billi ddelku bil butir jew sprej tal hami.

Gharbel darbtejn id dqiq self raising u il baking powder go li skutella tal mixer tal eletriku.

Zid il butir (ghartab mhux iebes mqatta bicciet), iz zokkor jew stevia, il melh, il bajd, il hall ta tuffieh organiku,  il mixed spice u l vanilla.  Hawwad flimkien fil magna tal eletriku ghal minuta biss fuq FULL SPEED.  Zid il sweet potato mahkuka.  Hawwad gentilment u mhux hafna.

Poggi t tahlita go dixx tal kejk.  Ahmi fil forn ghal 35 minuta.

Hallih jiksah qabel ma tidekorah.

  • Dan il kejk tista taghmlu bi zunnarija mahkuka, qaghra bali mahkuk jew qargha hamra.

Trade Enquiries:

Hwawar minn Schwartz, hall ta tuffieh organiku minn Fiorentini, P J Sutters

Haxix minn Big Fresh Mosta

Dqiq minn St Georges Brand

Baking Powder minn Foster Clark (Ix Xirja)

 

 

 

 

Noodles bil canga, brokkoli u ginger

 

kuċċarina tewm imqatta’ fin

kwart ta’ basla, imqatta’ fin

2 kuċċarini ginger frisk imqatta’

niskata stevia

soy sauce, skont kemm tiggosta

250g canga mqatta slajcis

2 kuċċarini fish sauce

200g brokkoli mgħollija

100g faqqieh (mushrooms)

mgħarfa żejt tal-ġulġlien

mgħarfa żejt għall-qali

noodles

Saħħan iż-żejt f’taġen. Żid iċ-ċanga u ħawwad kontinwament sakemm jsir l laham. Saffi l-laħam miż-żejt. F’taġen ieħor aqli t-tewm, il-basla u l-ginger.  Zid il faqqieh u hawwad.   Żid il-laħam msajjar, il-fish sauce, is-soy sauce u l-istevia.

Żid il-noodles imsajrin u ħawwad.

Finalment żid il-brokkoli, iż-żejt tal-ġulġlien u ftit aktar soy sauce.

Servi immedjatament.

Trade Enquiries: 

Laham, Churchill Master Butchers

Haxix u ginger frisk, Big Fresh Mosta

Hwawar, Lamb Brand

Flett ta Tigieg u sweet potato ta’ malajr : Ricetta tal-gurnata

Dan id dixx huwa bla glutina u ghandek bzonn:

500g flett ta sider ta tigieg
4 patata helwin (sweet potato) mdaqsin
3 mgharef lewz midhun
nisktata trab tat tewm
nisktata nocemuskata
2 mgharef butir
1 basal ahdar (spring onion)
1/2 kuccarina trab tal kafe
2 mgharef zejt taz zebbuga
nofs kuccarina zafran tal indja mahkuk
mgharfa ghasel

Tursin mqatta biex izzejen
Bzar izwed midhun

Ahsel is sweet potatos u bil qoxra b’kolox poggihom gol microwave ghal 7 minuti. Dawwarhom u poggihom ghal 5 minuti ohra.  Hallihom jiksu ftit u qaxxarhom.  Zid mgharfa butir, mgharfa zejt taz zebbuga, zafran tal indja mahkuk, melh u bzar u immaxjhom.

Qatta il flett ta tigieg go bicciet zghar.  Ghamel tahlita ta lewz midhun,  nocemuskata mahkuk, trab tal kafe, melh u bzar u iksi il bicciet ta tigieg fit tahlita miz zewg nahat.

Sahhan il butir go tagen kbir fuq nar baxx.  Qalli l bicciet ta tigieg zghar fuq kull naha.  Poggihom fuq kitchen towel biex tassorbi l xaham zejjed.

Go l istess tagen, sajjar is spring onions fuq nar baxx.  Zid it trab ta tewm u l ghasel, melh u bzar.  Sahhan.  Fuq dixx tal forn mdellek bi ftit zejt taz zebbuga, poggi il patata helwa maxx u irranga it tigieg fuqu.  Ferra it tahlita tal ghasel fil wicc u poggi taht il grilja ghal 5 minuti. Fil wicc ferrex ftit tursin frisk u bzar iswed midhun. Halli d dixx jistrih ghal 5 minuti u servi.

Trade Enquiries:

Laham u tigieg D Meats at Carters Supermarket

Haxix Big Fresh Mosta, Oscar’s Fruit and Vegetables, Barbuto [organic]

Hwawar minn Lamb Brand