Għandek bżonn:

2 kikkri tamal

2 kikkri coconut

kikkra pruna niexfa

kikkra tin imqadded

1/2 kikkra pasolina

1/4 ta’ kikkra ġunġlien

żewġ mgħaref għasel

1/2 kikkra lewż

1/2 kikkra ħalib tal-lewż (almond milk),

(biex trembel il-blalen għandek bżonn żewġ kikkri ġunġlien u żewġ kikkri coconut),

Metodu:

Qatta’ l-ingredienti kollha. Ħallat kollox f’bieqja u ħawwad sew f’food processor. Rembel it-taħlita fi blalen żgħar. Iksi żewġ dixxijiet bil-karta għall-forn. Tista’ trembel nofs il-blalen fil-ġunġlien u n-nofs l-ieħor fil-coconut, skont kif tiggosta. Poġġihom fil-friġġ. Tista’ anke tiffriżahom.

Nuza dixxijiet tal kcina minn Tescoma, hwawar niexfa u gunglien minn Schwartz via P J Sutters, dqiq tal coconut minn Farine Magiche via P J Sutters, tin mqadded u frott niexef minn J Calleja Import Export Ltd

Goodfoodeveryday jixxandar kuljum fuq Smash 10am, 4.10pm, 9pm u aktar informazjoni dwar dak li jsir fil programm jinstab fuq il Orizzont ta nhar ta Erbgha u nhar ta Sibt u bl ingliz fuq Sunday Times of Malta.

Advertisements